23 persuna mejta fl-inċident f’Kalkutta

Qed tonqos it-tama li l-ħaddiema tas-salvataġġ isibu aktar persuni ħajjin fost it-tifrik tal-flyover li ġġarfet f’Kalkutta ilbieraħ.
Il-ħaddiema fl-Indja komplew jaħdmu matul il-lejl bit-tama li jsibu aktar vittmi ħajjin iżda l-mejta telgħu għal 23 persuna matul il-lejl.
Il-pont, ilu jinbena mill-2009 u huwa twil żewġ kilometri. Sar magħruf ukoll li l-kuntratturi qabżu numru ta’ dati ta’ tlestija bil-konsegwenza li x-xogħol dam biex isir.