23 persuna b’multa ta’ €100

Read in English.

Tlieta u għoxrin persuna laqqtu multa ta’ €100 wara li nstabu fi gruppi ta’ aktar minn erba’ persuni.

F’aġġornament dwar il-coronavirus il-Gvern qal li persuna nstabet tikser il-kwarantina obbligatorja fit-344 spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

Intant numru ta’ swali f’Gateway Building fl-Università qed jinbidlu fi swali temporanji biex iservu ta’ estensjoni tal-Isptar Mater Dei. Is-swali se jkunu kapaċi jilqgħu fihom 42 sodda li jintużaw f’każ li l-Isptar Mater Dei ikollu bżonn jilqa’ aktar pazjenti milli jiflaħ. L-awtoritajiet tas-saħħa baqgħu għaddejjin bil-prekawzjonijiet kollha biex Malta tkun lesta għal kull eventwalità tal-COVID-19. Is-sodod jistgħu jintużaw ukoll għall-każijiet tal-influwenza li normalment tolqot lil Malta għall-ħabta ta’ Novembru u li din is-sena tista’ taħbat ukoll mal-COVID-19.

“Pajjiżna huwa ppreparat b’mod tajjeb ħafna,” qal il-Gvern.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn