​23 novella ġdida ta’ Joe Friggieri

Tnediet ġabra ta’ 23 novella ġdida ta’ Joe Friggieri fi ktieb bl-isem ta’ 'Il-Gżira l-Bajda u Stejjer oħra'.
Waqt it-tnedija tal-ktieb, Ranier Fsadni, qal li l-effett tal-istil ta’ kif jikteb Joe Friggieri għalkemm qed jirrakkonta, u allura l-istorja għandha bidu u tmiem, l-istejjer jieħdu xejra leġġendarja anke meta jkun qed jikteb dwar l-affarijiet ta’ kuljum.
Inqraw tliet novelli mill-awtur innifsu Joe Friggieri u mill-kritiku letterarju u tal-palk Paul Xuereb li jiddeskrivi lil Joe Friggieri bħala awtur li għandu l-kapaċità li jippreżenta u jittratta b’mod divertenti ideat li ħaseb u kiteb fuqhom bħala ħassieb serju.
Dan il-ktieb ġie ppubblikat u mniedi minn Kite Group li wkoll kien ippubblika l-kiteb tan-novelli ta’ Friggieri ‘Nismagħhom Jgħidu’.
Kopji jistgħu jinxtraw mill-ħwienet tal-kotba jew minn hawn.
Ritratti: Kite Group