23 kelb miġburin mill-Animal Welfare mill-Ħamrun

Animal Welfare

Read in English.

23 kelb ġew miġbura mill-ħaddiema tal-Animal Welfare wara rapporti li waslulhom li dawn kienu qed jinżammu fi stat ħażin f’residenza fil-Ħamrun.

Kelliem għall-Ministeru għall-Ambjent ikkonferma li l-Animal Welfare marru fir-residenza wara li rċevew rapport u raw li l-klieb ma kinux qed jinżammu f’kundizzjonijiet tajbin. Qal li għal din ir-raġuni, dawn il-klieb ittieħdu mill-Animal Welfare u se jkunu qed jinżammu minnhom. Qal li mbagħad il-Pulizija toħroġ kwerela.

Intant skont rapporti, il-klieb kienu spiċċaw bla ikel u bla ilma u kienu qed jinżammu f’gaġeġ li kien jagħmilha viżibbli li kienu qed jintużaw purament għat-tgħammir.

Jekk tinsab infurmat b’każi tat-tip fejn annimali qed jinżammu f’kundizzjonijiet ħżiena tista’ ċċempel lill-Animal Welfare fuq 1717.