Read in English.
Malta għandha 23 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 78 persuna. B’hekk, it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 462.
Dan irriżulta minn 2,211-il swab test li saru lbieraħ.
Ilbieraħ tħabbru 29 każ ġdid tal-coronavirus. Minnhom kien hemm:
- 7 każijiet ta’ membri tal-familja ta’ persuni bil-virus
- Każ minn Dar San Ġużepp
- 2 każijiet impurtati
- Każ minn fuq post tax-xogħol
- Każ mill-cluster ta’ Paceville
- 3 każijiet minn attività soċjali fejn kien hemm nies oħra bil-virus
Dan ifisser li l-14-il każ l-ieħor kienu ġejjin mill-komunità.
Il-każijiet tal-bieraħ
29 każ ġdid ta’ coronavirus; ifiqu 85