23 każ ġdid tal-coronavirus; ifiqu 4

swabbing center

Read in English.

Matul il-jum tal-bieraħ instabu total ta’ 23 każ ġdid tal-coronavirus wara 1,618 swab test ieħor. Intant fiqu total ta’ erba’ persuni oħra mill-virus.

Dan ħareġ mill-infografika tal-lum ippubblikata fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Ministeru tas-Saħħa. Fost il-każi ġodda hemm każ wieħed impurtat, tnejn relatati mal-cluster ta’ Paceville, filwaqt li l-bqija tal-persuni qed jiġu kkuntattjati mit-tim tal-contact tracing.

Bħalissa fil-pajjiż hawn total ta’ 415-il każ tal-coronavirus attiv. B’kollox, fil-pajjiż instabu 1,112-il każ tal-coronavirus. Minnhom fiqu 688 persuna u mietu disgħa. B’kollox s’issa saru 143,385 swab test.