23 każ ġdid tal-coronavirus; il-każijiet fil-komunità jibqgħu fil-maġġoranza

Miguela Xuereb

Read in English.

Malta kellha 23 każ ġdid tal-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa, filwaqt li fiequ 39 persuna. B’hekk, b’kollox, issa hawn 356 każ attiv.

Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook.

OFFICIAL COVID-19 figures for 08•09•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Tuesday, September 8, 2020

Il-każijiet tal-lum għadhom qed jiġu investigati, imma mill-każijiet tal-bieraħ kien hemm:

  • 3 membri tal-familja ta’ każijiet li tħabbru qabel
  • 2 kollegi tax-xogħol
  • 2 kuntatti diretti ta’ każijiet oħra
  • 2 każijiet minn kompetizzjoni tal-bodybuilding

Minkejja li l-każijiet attivi kulma jmur reġgħu qegħdin jonqsu, il-każijiet fil-komunità donnhom għadhom fil-maġġoranza. Dan huwa evidenti mill-fatt li mis-37 każ ġdid tal-bieraħ, disgħa biss ġew spjegati bħala każijiet li ttieħdu minn membri tal-familja, nies qrib ta’ oħrajn jew attivitajiet. Dan ifisser li 28 każ ieħor ittieħdu mill-komunità.

It-total ta’ 356 każ attiv ma jinkludux l-immigranti li waslu Malta fl-aħħar xhur, billi dawn mhumiex jingħaddu mat-total ta’ każijiet f’Malta.

Il-każijiet tal-bieraħ
37 każ ġdid tal-coronavirus

Illum Infrastructure Malta ħabbret li xi ħaddiema tagħha li qegħdin jaħdmu fuq il-proġett fil-Marsa rriżultaw fil-pożittiv għall-virus. Hija għaddejja b’ħidma mal-awtoritajiet tas-saħħa sabiex l-imxija tiġi kkontrollata.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn