23 kandidat iwieġbu għall-kwestjonarju tal-għaqdiet Kattoliċi

Il-Fondazzjoni Life Network iċċirkolat kwestjonarju lill-kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew biex permezz tar-risposti għall-istess domandi, tiġi aċċertata l-pożizzjoni ta’ kull kandidat fir-rigward tal-ħarsien tal-ħajja mill-konċepiment sal-mewt naturali.

Ara hawn min wieġeb u kif wieġbu l-kandidati għall-mistoqsijiet li saqsew il-Fondazzjoni Life Network hekk kif mhux il-kandidati kollha taw tweġiba għall-mistoqsijiet u għalhekk, il-Fondazzjoni qed tħeġġeġ lill-votanti li jemmnu fil-ħarsien tal-ħajja mill-konċepiment sal-mewt naturali biex jappoġjaw kandidati li ddikjaraw li huma favur il-ħarsien tal-ħajja.