23 imutu f’attakk mill-Istat Iżlamiku

Almenu 23 ruħ mietu u 28 oħra ndarbu f’attakk tal-militanti tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq.
L-attakk kien wieħed suwiċida mill-jiħadisti li għalih imbagħad wieġeb il-militar tal-Iraq.
Il-vittmi kienu kollha suldati jew dawk li jappoġġjaw lill-Gvern tal-pajjiż.