226 bil-kundizzjoni tal-awtiżmu

Fl-2015 kien hawn 226 tifel u tifla li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalist George Pullicino.
Evarist Bartolo spjega li 126 minnhom għandhom l-awtiżmu, ħamsa bil-kundizzjoni asperger, 94 b’communication difficulties u tifel jew tifla b’pervasive development disorder.