22,000 karozza ma jgħaddux mill-ewwel mill-VRT

arkivji

22,187 karozza minn total ta’ 197,134  m’għaddewx mit-test tal-VRT mill-ewwel matul 2018. 20,028 karozza għaddew wara li reġgħu għamlu t-test filwaqt li 2,159 m’għaddewx mit-test wara li reġgħu għamluh.

Fl-2017, it-total ta’ karozzi li għamlu l-VRT hu ta’ 189,396. 90% għaddew mal-ewwel darba, filwaqt li 0.8% m’għaddewx wara li għamlu t-test iktar minn darba.

52 karozza reġistrati kuljum f’Malta

Fl-2018, medja ta’ 52 karozza kuljum ġew reġistrati f’Malta. Dawn huma maqsumin fi tliet kategoriji; 16,230 karozza ġew reġistrati bħala vetturi privati, 618 bħala garage hire u 2,155 karozza għall-kiri.

Id-differenza bejn l-2018 u 2017 hija minima, hekk kif vetturi privati kien hemm total ta’ 16,630, filwaqt li 278 bħala garage hire u 1,862 bħala karozzi tal-kiri.

Dawn l-istatistiċi ġew ippublikati mill-Ministru Ian Borg wara li kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.