Aġġornata (2): il-220 immigrant se jiddaħħlu l-Italja

Aġġornata 18:55
Wara diskussjonijiet mal-Awtoritajiet Taljan, ġie miftiehem li l-immigranti se jiddaħħlu l-Italja iktar tard illum.
Il-bastiment Eleonora Maersk bħalissa qed idawwar lejn it-tramuntana bl-immigranti irregolari abbort.

Aġġornata 17:30
Il-wasla tal-220 immigrant li kellhom jiddaħħlu Malta dalgħodu mistennija tittardja, minħabba li l-immigranti jixtiequ jmorru l-Italja.

Aktar kmieni:

Mal-220 immigrant irregolari mistennija jidħlu Malta fil-ħin li ġej wara li nġabru minn bastiment tal-merkanzija. Dan il-bastiment intbagħat biex jiġbor lil dawn l-immigranti wara li nhar il-Ħamis li għadda l-kundizzjonijiet tat-temp hżienu tant li r-riħ laħħaq forza 7.
Huwa mifhum li l-parti l-kbira ta’ dawn l-immigranti huma Sirjani u fosthom hemm ukoll numru ta’ nisa u tfal.
Fil-ħin meta sabu ruħhom f’diffikultà, id-dgħajsa bl-immigranti kienet tinsab madwar 285 mil nawtiku lejn il-Lvant ta’ Malta.
Bħalissa l-immigranti qed jittellgħu fuq il-patrol boats tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Ritratt: Forzi Armati ta' Malta