22 sena priġunerija għal speċjalista tal-kanċer li abbuża minn pazjenti tfal

Fir-Renju Unit, ingħata sentenza ta’ 22 sena priġunerija, l-ispeċjalista pedofelu li abbuża minn tfal morda bil-kanċer.
Dr Myles Bradbury, li għandu 41 sena, ammetta li bejn l-2009 u l-2013, abbuża 18-il tifel u tifla li kien qed jagħtihom il-kura hu stess.
Huwa ammetta li kien ħati ta’ 25 kap ta’ akkuża fosthom abbuż sesswali u pussess ta’ aktar minn 16,000 ritratt indiċenti.
It-tabib kien ġie arrestat f’Diċembru li għadda.