22 mafjuż arrestati qrib Palermo

22 persuna qrib Palermo, fi Sqallija, ġew arrestati mill-Pulizija wara li twaqqa’, dak li qed jissejjaħ “ħajt t’omertà” fuq attività qawwija ta’ tixħim, sekwestru tal-persuna, ħsara u ħruq ta’ propjetà u attività mafjuża fl-għaxar snin bejn l-2003 u l-2013.
Il-persuni ġew arrestati wara li 36 vittma, sidien ta’ negozji żgħar, sabu l-kuraġġ u kixfuhom mal-awtoritajiet.
Il-mafjużi kienu jitolbu ħlasijiet fuq kull tip t’attività kummerċjali – minn proġetti ta’ bini sa ħwienet tal-ħwejjeġ, bars u tal-ikel, inkella jpattuha lis-sidien.
Meta saru l-ewwel ħlasijiet mill-persuni li tkellmu, l-Italja kienet għadha bil-lira mhux l-ewro.