22 immultati għax kienu fi gruppi ta’ aktar minn 4

REUTERS/Eric Gaillard

Read in English.

22 persuna ngħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi kontinwi li qed isiru biex ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 4 persuni f’postijiet pubbliċi. Dawn it-taħrikiet saru waqt ir-rondi li l-Pulizija u Environmental Health Officers qed jagħmlu biex jitħares l-avviż legali li ħareġ il-Gvern.

Dan tħabbar fil-bullettin li ta’ kuljum jiġi ppubblikat mill-Gvern dwar l-imxija tal-coronavirus f’Malta.

Intant, ħadd ma nstab jikser il-kwarantina obbligatorja fit-315-il spezzjoni li saru fl-aħħar 24 siegħa.

L-appell tal-Gvern dejjem jibqa’ li dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn