215-il ħaddiem barrani fit-turiżmu issa mal-Kunsilli Lokali

Kunsill-Lokali-San-Pawl-il-Bahar

Read in English.

Total ta’ 215-il ħaddiem barrani li qabel kienu jaħdmu fis-settur turistiku bdew jaħdmu mal-Kunsilli Lokali.

Din l-informazzjoni ġiet ippreżentata fil-Parlament mill-Ministru għall-gvern lokali José Herrera għall-mistoqsija mill-membru parlamentari tal-opożizzjoni Edwin Vassallo. Vassallo saqsa dwar l-għadd ta’ ħaddiema barranin li kienu jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu iżda qegħdin jgħinu lill-Kunsilli Lokali u huma mħallsin mill-gvern ċentrali.

Is-settur tat-turiżmu kien wieħed mill-aktar milquta ħażin minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Minn meta faqqgħet il-pandemija, l-ajruport kien magħluq għal numru ta’ xhur biex titnaqqas l-imxija tal-Covid-19. It-titjiriet komplew f’Lulju, f’ċertu pajjiżi ddikjarati li m’hemmx perikli. Madanakolu l-industrija tat-turiżmu kompliet tikkumbatti l-pandemija.

San Pawl il-Baħar huwa l-aktar Kunsill Lokali bl-aktar ammont ta’ ħaddiema barranin li qabel kienu jaħdmu fit-turiżmu b’45 persuna. Warajhom hemm il-Marsa bi 30 ħaddiem. Min-naħa l-oħra, Ħal Safi hemm persuna waħda biss li qabel kienet taħdem fis-settur tat-turiżmu.