214-il student jingħataw lunch mill-iskola

Arkivji

Read in English.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li hemm 214-il student mill-iskejjel tal-Istat li qed jingħataw lunch kuljum mill-iskola matul din is-sena skolastika. Dan il-lunch ivarja bejn ħobża, wrap jew għaġin akkumpanjat minn frotta friska u flixkun ilma.

Mill-informazzjoni li ngħatat fil-Parlament jirriżulta li:

  • fil-Kulleġġ Marija Reġina hemm 21 tifel u tifla li qed jingħataw dan il-lunch
  • fil-Kulleġġ ta’ Għawdex hemm 25 tifel u tifla
  • fil-Kulleġġ Santa Tereża hemm  38 tifel u tifla
  • fil-Kulleġġ San Benedittu hemm 18-il tifel u tifla
  • fil-Kulleġġ Santa Margerita hemm 42 tifel u tifla
  • fil-Kulleġġ Santa Klara hemm 13-il tifel u tifla
  • fil-Kulleġġ San Injazju hemm 8 itfal
  • fil-Kulleġġ San Ġorġ Preċa hemm 29 tifel u tifla
  • u fil-Kulleġġ St Thomas More hemm 20 tifel u tifla

Il-Ministru qalet ukoll li l-iskejjel jafu bit-tfal oħra li s-soltu kien jieħdu dan il-lunch iżda peress li mhux qed jattendu l-iskola din is-sena minħabba l-pandemija, mhux inklużi f’dawn in-numri.