21,000 flixkun tal-plastik riċiklati waqt Beer Fest

Aktar minn 21,000 flixkun tal-plastik u 2,000 għatu, ġew irriċiklati f’inizjattiva ta’ GreenPak u l-għaqda Żibel waqt il-Farsons Beer Festival permezz tal-inizjattiva PlastiKAXXA.

L-inizjattiva rat seba’ kontenituri magħmulin minn xibka kbira u miżmuma minn struttura tal-injam fejn kull min attenda l-Beer Festival seta’ jarmi l-fliexken tal-plastik. Kuljum, il-GreenPak kienet qed trebbaħ €50 lil xi ħadd li jkun tefa’ l-flixkun bin-numru tal-mowbajl tiegħu f’waħda minn dawn l-istrutturi.

Kontenituri oħra twaħħlu sabiex fihom jintremew l-għotjien tal-fliexken li mbagħad jingħataw donazzjoni lil Malta Communitu Chest Fund Foundation.