21 xahar priġunerija wara li jammetti li seraq mill-ħwienet

Stephen Galli minn Tas-Sliema ngħata s-sentenza ta’ 21 xahar priġunerija wara li ammetta li sentejn ilu seraq minn ħwienet f’Tas-Sliema u l-Belt Valletta.
Huwa nstab ħati wkoll li wettaq dawn ir-reati fi żmien meta kien fuq libertà proviżorja.
Fil-Qorti ntqal li Galli ngħata bosta opportunitajiet biex jirriforma ruħu. Is-serq sar f’April tal-2012.