21% tal-priġunieri vvutaw fl-elezzjoni

Read in English.

126 minn 591 priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2017.

Dan qalu fil-Parlament il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. F’mistoqsija parlamentari oħra, il-Ministru kien qal li 230 priġunier fl-2017 kienu barranin.