21 sena mill-mewt ta’ Lady Di

Il-Prinċipessa Diana llum għalqet 21 sena mejta. Lady Di kienet mietet f’inċident tat-traffiku f’Pariġi, propjament fil-31 ta’ Awwissu tal-1997, bil-lejl.

Il-Prinċipessa ta’ Wales kienet fil-karozza mas-sieħeb tagħha Dodi Al Fayed, meta għadd ta’ paparazzi fuq il-muturi bdew jiġru wara l-karozza tagħhom.  Al Fayed u x-xufier tal-karozza Henri Paul tilfu ħajjithom fuq il-post. Il-Prinċipessa mietet ftit wara fi sptar f’Pariġi.

Il-Prinċipessa Diana kienet maħbuba minn miljuni ta’ persuni madwar id-dinja. Kien fl-1981, meta ta’ 20 sena żżewġet lill-Prinċep Charles. Hija kellha għal qalbha x-xogħol volontarju.