21 proposta lill-Gvern għal reklamazzjoni ta’ art

Il-Gvern irċieva 21 proposta minn 17-il kumpanija jew konsorzju differenti wara perjodu li fih il-Gvern kien qed jilqa’ espressjonijiet ta’ interess b’rabta ma reklamazzjoni ta’ art madwar il-kosta Maltija.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina.
Joseph Muscat qal li d-dettalji tal-kumpaniji u konsorzji li ħadu sehem f’din l-inizjattiva se jsiru pubbliċi wara li jintemm il-proċess ta’ evalwazzjoni, li issa wasal fl-aħħar stadji tiegħu.
Il-Prim Ministru qal li wara li jintemm dan il-proċess, il-Gvern ikun f’pożizzjoni aħjar biex jikkunsidra dawk il-proposti li jkunu ġew shortlisted