21 proġett mill-UE li se jippromwovu l-arti u l-kultura f’Malta

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg ħabbar li 21 proġett differenti se jibbenefikaw minn miljun ewro mogħtija mill-Unjoni Ewropea.
Dawn il-flus ġejjin minn fondi speċjali tal-Unjoni Ewropea biex issostni l-Arti u l-Kultura fil-pajjiżi membri.
Dr Borg kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet ġewwa l-Każin Banda San Filep f’Ħaż-Żebbuġ, liema Każin ukoll se jibbenefika minn dawn il-fondi biex jikkonverti waħda mis-swali fi skola tal-mużika għar-reġjun.
Is-sejħa kienet miftuħa għas-soċjetajiet u għaqdiet kif ukoll għal dawk l-intrapriżi privati li huma interessati li jkomplu jkattru l-interess kulturali u artistiku fi ħdan is-soċjetà tagħna. 
Proġetti oħra li se ikunu qed jibbenefikaw minn din is-sejħa jinkludu proġetti  fi ħdan bosta soċjetajiet u għaqdiet fis-Siġġiewi, fir-Rabat, fil-Mellieħa, f’Ħad-Dingli, fl-Imtarfa u  fil-Għargħur.