21 persuna mmultati għax kienu fi gruppi

Miguela Xuereb

Read in English.

21 persuna ġew immultati €100 kull wieħed għax instabu li kienu fi gruppi ta’ aktar minn 4 persuni.

Il-Gvern ħabbar dan fil-bullettin li qed jiġi ppubblikat kuljum f’din l-imxija tal-pandemija tal-coronavirus f’Malta.

Intqal li dawn il-persuni kienu kollha kemm huma qed jiksru l-avviż legali dwar il-ġemgħat fil-pubbliku waqt ir-rondi kontinwi li l-Pulizija u l-Environmental Health Officers qed jagħmlu. L-appell jibqa’ dak li kulħadd ikun responsabbli u jikkopera mad-direttivi li qed jingħataw mill-awtoritajiet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn