21 persuna jinqabdu bid-droga

21 persuna instabu li kellhom id-droga matul il-lejl li għaddha waqt avveniment fl-inħawi tar-Rabat.
Il-persuni li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u t-33 sena huma 17-il raġel u 4 nisa residenti Ħaż-Żabbar, is-Swieqi, Ħ’Attard, Ħaż-Żebbuġ, Santa Luċija, Raħal Ġdid, il-Gżira, Ħal-Qormi, San Ġwann, Tas-Sliema u San Ġiljan. Fosthom kien hemm ukoll 6 persuni barranin mir-Rumanija, l-Italja, Franza, r-Repubbllika Ċeka, l-Ingilterra u l-Libja.
Id-droga misjuba kienet tikkonsisti f’eroina, kokaina, ecstasy u raża tal-kannabis. Minn dawn il-persuni, raġel ta’ 32 sena minn Ħaż-Żabbar u ieħor ta’ 33 sena minn Ħal-Qormi qed jiġu investigati fuq traffikar ta’ ecstasy u kokaina.
Huma mistnnija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin waqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha.