21 lokalità bla Melita

Ħsara li saret lil wieħed mill-kejbils tal-fiber prinċipali tal-Melita waqt ix-xogħol li qed jsir fit-toroq bħal parti mill-proġett tal-Marsa junction wassal biex illejla l-ħaddiema tal-Melita se jkunu qed jaħdmu bejn nofs illejl u sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Fi stqarrija l-Melita qalu li dawk li joqgħodu lejn in-naħa t’isfel se jesperjenzaw interuzzjoni fis-servizzi tagħhom hekk kif huma se jkunu qed jsewwu l-kejbil.

Il-klijenti se jesperjenzaw qtugħ fis-servizz tat-televiżjoni, l-internet, it-telefonija fissa u s-servizzi tal-mowbajl.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Melita qal filwaqt li jifhem li din taf tkun inkonvenjenza għall-klijenti, il-ħaddiema ħa jkunu qed jaħdmu biex ix-xogħol jitlesta malajr.

Il-lokalitajiet affetwati huma dawn Marsascala, Marsaxlokk, il-Fgura, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Birżebbuġia, iż-Żejtun, Xagħra, Ħaż-Żabbar, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Luqa, il-Qrendi, l-Imqabba, l-Isla, Bormla, iż-Żurrieq, Kalkara, il-Birgu, Ħal Far, Ħal Kirkop, u l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.