21 każ ta’ suwiċidju fl-2016

Matul is-sena li għaddiet il-Pulizija rreġistrat 21 każ ta’ suwiċidju.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela fi tweġiba għall-mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Clyde Puli.
Abela spjega li 18-il persuna kienu ta’ sess maskili, waqt li tlieta kienu nisa.
Il-maġġoranza tal-każi, 17, kienu ta’ Maltin waqt li erbgħa kienu barranin.
L-età medja ta’ dawk li wettqu suwiċidju kienet ta’ 45. Il-każi kienu jinkludu żewġ anzjani rġiel ta’ 83 sena, it-tnejn Maltin. L-iżgħar żewġ każi kienu rreġistrati fost raġel Malti ta' 25 sena u ieħor barrani ta’ 26 sena.