21 każ ta’ mibegħda razzjali

Read in English.

Din is-sena kien hemm 21 rapport dwar każijiet ta’ mibegħda razzjali skont is-sistema kompjuterizzata tal-Korp tal-Pulizija.

Fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li dawn ir-rapporti saru matul il-perjodu ta’ bejn Jannar u Awwissu 2019.