21 każ ġdid tal-coronavirus; fosthom persuna ta’ 80 sena

swabbing center

Read in English.

Wara 24 siegħa oħra ta’ swabbing, kienu kkonfermati 21 każ ġdid tal-coronavirus fil-pajjiż, fosthom persuna anzjana ta’ 80 sena. Dan ħareġ fl-infografika tal-jum mill-Ministeru għas-Saħħa.

B’hekk fil-pajjiż bħalissa hawn total ta’ 171 każ attiv tal-coronavirus. Ħadd aktar ma fiq mill-virus.

Fi żmien 24 siegħa saru total ta’ 1,748 swab test. Il-maġġoranza tal-persuni li ħarġu pożittivi wara dan l-iswabbing instab li kienu kuntatti ta’ każi li kienu rrappurtati qabel, filwaqt li żewġ każijiet kienu impurtati. Il-maġġoranza tal-persuni pożittivi huma ta’ età taħt il-35 sena, iżda jidher ukoll li hemm persuna anzjana ta’ 80 sena li nstabet pożittiva. Tliet każi huma ta’ immigranti li diġà jinsabu fi kwarantina.

S’issa fil-pajjiż instabu total ta’ 845 każ pożittiv wara total ta’ 128,747 swab tests. L-ewwel każ kien tfaċċa fil-pajjiż fis-7 ta’ Marzu.

OFFICIAL COVID-19 figures for 1•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Saturday, August 1, 2020