Read in English.
Wara 2,326 swab test instabu total ta’ 21 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa. Dan ħareġ mill-infografika tal-jum mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Intant, jidher li 54 persuna oħra fiequ. B’hekk il-każi attivi fil-pajjiż huma ta’ 590.
Mill-każi rrappurtati lbieraħ ħareġ li hemm tmien każi ta’ qraba ta’ persuni li ħarġu pożittivi qabel, każ wieħed minn avveniment soċjali, żewġ każi impurtati u każ ta’ persuna li hija kollega ta’ xi ħadd pożittiv. Intant hemm total ta’ 17-il każ sporadiku.
Minn meta feġġet il-pandemija fil-pajjiż, f’Malta nstabu total ta’ 2,979 każi pożittivi wara 247,354 swab test. Minnhom fiequ 2,358 u mietu 31.
