21 ħaddiem tal-proġett tal-Marsa għandhom il-Covid-19

Il-ħaddiema kollha kwarantina

Miguela Xuereb

Read in English.

21 ħaddiem minn grupp ta’ ħaddiema tal-kostruzzjoni ttestjaw pożittiv għal Covid-19. Dawn jinkludu l-cluster ta’ 18-il persuna mħabbra aktar kmieni llum.

Kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li saru testijiet lill-ħaddiema kollha, 93 b’kollox. Il-21 każ pożittiv huma iżolati flimkien, filwaqt li l-bqija tal-grupp, 72, jinsabu fi kwarantina.

Jumejn ilu, Newsbook.com.mt irraporta li kien hemm xi ħaddiema tal-proġett tal-Marsa bil-Covid-19.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn