21 ħaddiem tal-minjieri jitlef ħajtu fiċ-Ċina

Divers use a pulley to enter a coal mine that collapsed in Ksan, in the northeastern state of Meghalaya, India, December 29, 2018. REUTERS/Anuwar Hazarika

Minjiera għat-tħaffir tal-faħam iġġarfet bil-konsegwenza li qatlet 21 ħaddiem fil-provinċja Ċiniża ta’ Shaanxi.

L-inċident li seħħ il-bieraħ kien l-aħħar wieħed li qatt ġie rrapurtat fiċ-Ċina, pajjiż magħruf għall-istat fqir li fiħ tinsab l-industrija tal-minjieri tal-faħam.

66 ħaddiem inħelsu minn taħt it-tifrik waqt li 21 baqgħu maqbuda taħt. Dsatax –il ħaddiem diġa ġew konfermati mejta waqt li t-titfxija tat-tnejn l-oħra, maħsuba mejta għandha għaddejja.

Il-minjiera tal-propjeta’ ta’ Bai-ji Mining Co Ltd. Tinsab fil-villaġġ ta’ Lijiagou fil-bejt ta’ Shenmu, bl-inċident iseħħ is-Sibt wara nofsinhar fejn 87 ħaddiem kienu qed jaħdmu.