204 każi ġodda ta’ coronavirus

Anzjani-elderly-people-wearing-masks-mater-dei-hospital
Miguela Xuereb

Read in English.

Il-każi ġodda tal-coronavirus f’Malta komplew jiżdiedu b’mnumru rekord ta’ każijiet li nstabu fl-aħħar 24 siegħa hekk kif instabu total ta’ 204 każi ġodda. Dan wara li saru total ta’ 2,885 swab test.

Fl-infografika tal-lum tal-Ministeru għas-Saħħa kien spjegat li issa l-każi attivi fil-pajjiż telgħu għal 1,257. Intant 42 persuna oħra fiequ mill-virus. Il-każijiet li nstabu fl-aħħar 24 siegħa għadhom qed jiġu investigati.