2020 bl-inqas investigazzjonijiet tal-VAT f’10 snin

Read in English.

Filwaqt li fl-2011 kien hemm 449 persuna investigata fuq każi marbuta ma’ ksur
ta’ liġi tal-VAT, fl-2020 s’issa ġew investigati 65.

Din ħarġet fil-Parlament wara mistoqsija tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Glenn Bedingfield. Huwa staqsa lill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna kemm ġew investigati nies fuq każi marbuta ma’ ksur ta’ liġi tal-VAT fl-aħħar 10 snin.

2011 ra l-ikbar numru ta’ investigazzjonijiet, b’449. Fl-2012 ukoll kien hemm 331 investigazzjoni. Minn naħa l-oħra, l-2020 jidher li se jintemm bl-inqas numru ta’ investigazzjonijiet, b’65.

Il-gvern irkupra aktar minn €27.6 miljun tat-taxxi mhux imħallsa
333 Malti investigati b’rabta mal-Panama Papers u Swiss Leaks