2018: L-iktar sena li weġġgħu ħaddiema waqt ix-xogħol

L-2018 kienet l-iktar sena li ħaddiema weġġgħu fuq il-post tax-xogħol. Dan ħareġ minn statistika li poġġiet fuq il-mejda tal-kamra il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli fi tweġiba għal mistoqsija tal-Membru Parlamentari Jason Azzopardi.

Skont il-Ministru Dalli, sa Settembru li għadda, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ħadet 977 pass legali minħabba irregolaritajiet bejn l-2014 u Settembru tal-2018.

Fit-tweġiba tagħha l-Ministru Dalli rrimarkat li l-Awtorità tista’ tibda proċeduri legali skont numru ta’ seduti assenjati lilha minn żmien għal żmien mill-Qorti.

Tul is-snin, il-każi li ttieħdu passi legali fil-konfront tagħhom dejjem żdiedu. Lura fl-2014, kien hemm 68 każ, fl-2015 telgħu għal 134 każi, fl-2016 kien hemm 148 każ, fl-2017 kien hemm 295 każ, filwaqt li sa Settembru ta’ din is-sena ttieħdu passi legali fejn jidħlu 322 każ.

Il-maġġoranza tal-każi kienu f’Malta, filwaqt li 62 każ kienu f’Għawdex.

Fi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari separata, il-Ministru Dalli spjegat li bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena, l-Awtorità għamlet total ta’ 4,264-il spezzjoni fuq siti ta’ kostruzzjoni. Qalet ukoll li l-Awtorità tipjega  33 ħaddiem fis-sezzjoni eżekuttiva u żewġ impjegati fl-uffiċċju taċ-Ċerpersin.

Fl-aħħar xhur kien hemm żewġ każi ta’ persuni li ndarbu u anke tilfu ħajjithom fuq siti ta’ kostruzzjoni minħabba nuqqas ta’ attezzar li jissalvagwardja ħajjet il-ħaddiema f’dawn is-siti.

Jaqa’ 5 sulari; fil-periklu tal-mewt

“Ma jien se nibdlek qatt” – mart ir-raġel li miet f’Tas-Sliema