2016 u 2017: L-aktar li saru rapporti ta’ ħasil ta’ flus

L-iktar li saru rapporti ta’ ħasil ta’ flus fl-aħħar ħames snin, kien fl-2016 u l-2017.
Ċifri ppubblikati fil-Parlament juru kif fl-2016, l-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) għaddiet lill-Pulizija 39 każ, u 32 każ ieħor sal-aħħar ta’ Novembru 2017.
Fl-2013 ġew mgħoddija lill-Pulizija 26 każ, 27 fl-2014 u 20 fl-2015.
Għall-mistoqsijiet tad-deputat Nazzjonalista Claudio Grech, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-informazzjoni li ppreżenta hija kif ippubblilkata fir-Rapporti Annwali li toħroġ kull sena l-FIAU.
Madanakollu enfasizza li l-informazzjoni għall-2017 hija proviżorja u tiġi ppubblikata fir-Rapport Annwali 2017 aktar tard.