2016: 2,800 japplikaw għall-għajnuna soċjali

Fl-2016, total ta' 2,796 persuna applikaw biex jibdew jingħataw l-għajnuna soċjali.
Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari mressqa mid-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici lill-Ministru għas-solidarjetà soċjali Michael Farrugia.
Fit-tweġiba tiegħu, il-Ministru spjega wkoll kif in-numru ta' dawk li ma baqgħux jirċievu l-benefiċċju tul l-istess sena kien ta' 4,633.