2015: Ottubru bl-akbar żieda fil-passiġġieri fl-ajruport

Ottubru li għadda wera l-akbar żieda ta’ passiġġiera li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta matul din is-sena.
Fi stqarrija, l-MIA qalet li f’Ottubru t-tkabbir laħħaq l-10.2% fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel. B’kollox għaddew mill-ajruport erba’ miljun passiġġier.
It-traffiku mit-Turkija kważi rdoppja filwaqt li dak mill-Olanda, l-Iżvizzera u l-Iżvezja żdied b’aktar minn 25%.
Il-passiġġieri mill-Ġermanja naqsu b’7.3%.