2015: 24 każ ta’ suwiċidju

Din is-sena, sal-aħħar ta’ Awwissu ġew irrappurtati 24 każ ta’ suwiċidju.
Dan qalu fil-Parlament il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela, meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Silvio Parnis.
Aktar kmieni dan ix-xahar, l-istess Ministru qal li bejn Jannar 2005 u Awwissu 2015 kien hemm 272 rapport ta’ persuni li mietu riżultat ta’ suwiċidju.