2014: F’Għawdex jiżżewġu 152 koppja fil-Knisja

Fi knejjes u parroċċi madwar Għawdex, fl-2014 ngħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ 152 koppja.
Dan ifisser 20 koppja aktar mill-2013, meta żżewġu 132 koppja.
Sadanittant fl-2014, fl-Arċidjoċesi ta' Malta żżewġu 1,387 koppja, filwaqt li fl-2013 iżżewġu 1,319.
L-istatiska turi li kien hemm żieda fin-numru ta’ żwiġijiet bil-Knisja li saru fl-aħħar sentejn.
Dawn iċ-ċifri jinkludu żwiġijiet li saru bejn Kattoliċi Maltin u Għawdxin, kif ukoll bejn Kattoliċi miż-żewġ gżejjer u Kattoliċi barranin.