2013: L-abbonamenti għall-internet żdiedu b’9%

Matul l-aħħar kwart tas-sena 2013, l-abbonamenti għall-internet żdiedu b’5.3%, biex laħqu l-143,000. Dawk l-abbonamenti għall-internet b’veloċita’ ta’ aktar minn 10 Mbps żdiedu bi kważi 18% biex issa laħqu l-125,000.
 
L-abbonamenti għat-televiżjoni ammontaw għal 149,000, żieda ta’ 0.7% fuq is-sena ta’ qabel. Abbonamenti diġitali komplew jiddominaw b’maġġoranza ta’ 95%.
Il-linji tat-telefown żdiedu għal 231,331, żieda ta’ 0.7% filwaqt li l-linji tal-mobile żdiedu b’9% biex issa jammontaw għal 580,961.

Il-posta naqqset b’5% u matul dan il-perjodu, tqassmu mal-10.6 miljun oġġett.