2012: 23,000 refuġjat kuljum fittex kenn f’pajjiż ieħor

Fl-2012 kien hawn 7.6 miljun ruħ li kellhom jitilqu minn pajjiżhom minħabba raġunijiet ta’ kunflitt jew persekuzzjoni ta’ varji tipi. Aktar minn miljun minn dawn  il-persuni huma refuġjati li żdiedu f’din is-sena. 6.5 miljun persuna oħra kellha titlaq mill-belt jew raħal fejn tgħix għal post ieħor fl-istess pajjiż. Dawn iż-żewġ figuri huma rekord ġdid fl-istatistiċi tal-UNHCR.

Ta’ kuljum fl-2012, kien hemm mat-23,000 persuna li kellha taħrab minn darha biex issib ażil ximkien ieħor. Skont l-istess ċifri maħruġa mill-UNHCR, aktar minn 80% tar-refuġjati maħruba sabu ażil f’pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dan ifisser li d-49 pajjiż li għadu qed jiżviluppa, ipprovda kenn għal aktar minn żewġ miljun refuġjat.

Il-maġġoranza tar-refuġjati sabu kenn fil-Pakistan, b’total ta’ 1.6 miljun refuġjat. 55% tar-refuġjati fid-dinja sabu l-ażil f’ħames pajjiżi li kienu; l-Afganistan, Somalja, Iraq, is-Sirja u s-Sudan.

48% tar-refuġjati fl-2012 kienu nisa u tfal u 46% minn dawn għandhom taħt it-18-il sena. 

F’Malta hawn 20 refuġjat għal kull elf ċittadin Malti. L-istess figuri juru kif l-għola numru ta’ refuġjati għal kull ċittadin tal-pajjiż jinsabu fil-Ġordan, b’total ta’ 49 persuna għal kull elf ċittadin tal-Ġordan.