2012: 102,026 anzjani f’Malta

Is-sena li għaddiet f'Malta b’kollox kien hawn 102,026 persuna anzjana, jiġifieri kważi kwart tal-popolazzjoni Maltija (24.2%).

L-informazzjoni ġiet ippubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika hekk kif għada jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Anzjani.

In-nisa ammontaw għal 55% tal-popolazzjoni anzjana.

Matul is-sena li għaddiet mietu 3,418 persuna li 82% minnhom kellhom 65 sena jew iktar. 

L-istatistika turi wkoll kif in-nefqa tal-gvern fuq skemi tal-irtirar u pensjonijiet kienet ta’ €416 miljun – 7% iktar min-nefqa li saret fl-2011.