2011-2013: 30,000 għamlu t-test tal-karozzza – nofshom weħlu

Mill-bidu tal-2011 sa Awwissu li għadda, jidher li b’kollox kien hemm 30,761 persuna li għamlet it-test tal-karozza.  Minn dawn, 15,334 weħlu mit-test.

Skont informazzjoni miksuba mingħand Transport Malta jirriżulta li kien hemm elf mara aktar li applikaw għat-test tal-karozza.  B’kollox kien hemm 15,960 mara filwaqt li rġiel applikaw 14,801.

Bejn l-2011 sa nofs din is-sena, kien hemm 7,146 student li għadda mit-test mill-ewwel. 246 persuna għaddew mit-test wara s-sitt darba li ppruvaw.

2,233 persuna applikaw għat-test tal-mutur u minnhom weħlu 569 persuna. Din is-sena kien hemm persuna waħda biss li għaddiet mit-test tal-mutur mal-ħames darba.

Test tat-teorija tal-karozza u tal-mutur jiswa €30.25ċ filwaqt li re-sit jiswa €22.50ċ.

Ġeneralment applikazzjoni għat-test tas-sewqan iddum tiġi pproċessata bejn tlieta u erba’ ġimgħat. Test tas-sewqan tal-karozza u tal-mutur jiswa €23.25ċ. 

L-iktar żbalji komuni tal-istudenti huma: nuqqas ta’ osservazzjoni, nuqqas ta’ użu tal-mirja, nuqqas ta’ konsiderazzjoni għal blind spots, nuqqas ta’ reazzjoni għat-traffiku, vetturi u persuni oħra li jużaw it-triq, kif ukoll nuqqas ta’ ippjanar tat-traġitt.

B'kollox Transport Malta għandha 12-il eżaminatur, 10 irġiel u żewġ nisa. 

Testijiet tal-karozza bejn 2011 – 2013
Sena201120122013
Testijiet tal-karozza12,14211,4277,192
Irġiel5,8365,4903,475
Nisa6,3065,9373,717
Weħlu mit-test6,0545,7273,553
Għaddew mal-ewwel darba2,6942,7111741
Għaddew mat-tieni darba1,7051,632964
Għaddew mat-tielet darba999800497
Għaddew mar-raba' darba448312253
Għaddew mal-ħames darba160157108
Għaddew mas-sitt darba jew aktar828876

 

Testijiet tal-mutur bejn 2011 – 2013
Sena201120122013
Testijiet tal-mutur832955446
Irġiel744871395
Nisa888451
Weħlu mit-test215235119
Għaddew mal-ewwel darba458566253
Għaddew mat-tieni darba12816560
Għaddew mat-tielet darba261411
Għaddew mar-raba' darba552
Għaddew mal-ħames darba  1