200 student “jaraw kif se jirranġaw” fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

200 studenti spiċċaw jistennew fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lbieraħ billejl wara li l-Easyjet ħabbritilhom li kkanċellat it-titjira lejn Milan u qaltilhom f’messaġġ, “araw kif se tirranġaw”.
Dan irrappurtatu l-Corriere della Sera, li qalet li l-linja tal-ajru infurmat ukoll li ma kien se jkun hemm ebda alternattiva oħra li setgħt toffrilhom biex jaslu f’pajjiżhom.
L-ajruplan kellu jitlaq minn Malta lejn Milan fl-10.55pm tas-Sibt filgħaxija, iżda dan qatt ma seħħ.
Iż-żgħażagħ kellhom bejn il-15 u s-16-il sena, u kienu ġew Malta sabiex jistudjaw l-ilsien Ingliż.
Ritratt: Corriere della Sera