Filmat: 200 iweġġgħu f’ħabta bejn 100 vettura

Fir-Renju Unit, mitejn persuna weġġgħu hekk kif aktar minn 100 vettura dalgħodu kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Kent.

L-inċident seħħ minħabba viżibiltà fqira ħafna kawża taċ-ċpar.

Membri tal-protezzjoni ċivili  ħarġu ħames persuni li nqabdu fil-vetturi tagħhom.

Wieħed mis-sewwieqa qal li x-xena hija orribbli, bil-karozzi spiċċaw taħt it-trakkijiet, u nies mixħutin mal-art.