20 xahar priġunerija wara li kellu d-droga moħbija fil-pupi fil-ħabs

Mario Pollacco, li għandu 50 sena u qed jiskonta sentenza ta’ 22 sena priġunerija fuq każ ta’ qtil, ingħata s-sentenza ta’ 20 xahar priġunerija wara li nstab ħati li kellu d-droga.
Huwa ġie mmultat ukoll €900. Pollacco ammetta li f’Settembru tal-2005 kellu pakketti tal-kokaina u l-kannabis.
Id-droga kienet instabet mill-uffiċjali tal-ħabs, moħbija fil-pupi tal-Playmobil.
Huwa qal li d-droga ma kinitx tiegħu iżda kien qed iżomm il-pakketti għal priġunier ieħor.
Il-Qorti waslet għall-konklużjoni li għalkemm ma kienx daħħal id-droga hu fil-ħabs xorta kienet għandu u l-ammont ma kienx għall-użu esklussiv.
Huwa ġie ordnat li jħallas l-ispejjeż tal-Qorti li jammontaw għal €800.