20 xahar ħabs wara li serqu minn fuq tal-linja

Żewġ Rumeni ngħataw 20 xahar ħabs wara li serqu 17-il mobile u tablet minn fuq passiġġiera tal-linja.
Il-każ seħħ f’Lulju tas-sena l-oħra.
Ir-Rumeni residenti f’Tas-Sliema kienu wieġbu li mhux ħatja għal bosta akkużi ta’ serq iżda wara bidlu l-verżjoni.
Rumena oħra, li kienet ġiet akkużata maż-żewġ Rumeni kienet wieġbet ħatja f’Lulju stess u ngħatat sentenza ta’ 13-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn.
It-tliet Rumeni kienu ġew arrestati wara li l-Pulizija kienu maru fir-residenza tagħhom u sabu oġġetti misruqa ppakkjati biex jintbagħtu barra minn Malta.