20% użaw it-tallinja card darba biss jew qatt

20% ta’ dawk li għandhom tallinja card użawha darba biss jew qatt f’disa xhur
D
an joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Mizzi qal li
hemm ‘il fuq minn 230,000 persuna li għandha tallinja card li minnhom 185,000 użawha aktar minn darba minn meta din tnediet f’Lulju 2015.
Intant, fi tweġiba għall-mistoqsija separata tal-istess interpellant, Mizzi qal li l-ilmenti dwar it-trasport pubbliku fl-2015 kienu 63 fil-mija anqas mill-2013.
L-2013 kienet l-aħħar sena sħiħa meta t-trasport publiku f’Malta kien f’idejn l-Arriva, waqt li l-2015 kienet l-ewwel sena sħiħa meta t-trasport pubbliku kien immexxi mill-Autobuses de Leon.