20 tim mill-iskejjel f’Malta jieħdu sehem fl-Olimpjadi tar-Robotika

Aktar minn 20 tim mill-iskejjel primarji u sekondarji f’Malta se jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Olimpjadi Nazzjonali tar-Robotika.
Dawn l-Olimpjadi se jiġu organizzati fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera nhar l-Erbgħa li ġej.
L-istudenti se jkollhom l-opportunità li jpoġġu l-ħiliet tal-inġinerija u tal-kreattività tagħhom biex jibnu robot, jipprogrammawh u jħaddmuh.
Il-pubbliku huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni lir-rebbieħa ta’ dawn l-Olimpjadi nhar l-Erbgħa mill-ħamsa sat-tmienja ta’ filgħaxija.
Din il-kompetizzjoni prestiġjuża hija organizzata mid-Dipartiment tal-elearning, flimkien mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.